Servizz tal-basktijiet & zraben

Pressto / Servicios / Servizz tal-basktijiet & zraben

Servizz tal-basktijiet & zraben

Mhux bilfors tkun Carrie Bradshaw (mis-sensiela televiżiva “Sex and the City”) biex ikollok żraben ileqqu daqslikieku ħerqin mill-kaxxa… Aħna stabbilejna servizz ġdid għat-tindif u tiswija* taż-żraben u basktijiet, Pressto Bags&Shoes.

Pressto Bags&Shoes toffri servizzi għal basktijiet, xedd ir-riġel, aċċessorji tal-ġilda u tessuti li jagħtu l-aħjar riżultati. Bl-implimentazzjoni ta’ dan is-servizz Pressto qed tipprova tkun id-dry-cleaners u l-laundry tiegħek.

L-istabbiliment ta’ linja ta’ negozju ġdida bħala parti mis-servizzi tagħna hija innovazzjoni fis-settur u tagħmel professjonali dan it-tip ta’ tindif.

Il-Pressto Bags&Shoes toffri servizzi multipli: tindif, manutenzjoni, ibblakkar taż-żraben, protezzjoni, l-għoti tal-kulur, tiswija eċċ. Dawn huma applikabbli għal kwalunkwe tip ta’ xedd ir-riġel, basktijiet, oġġetti tal-ġilda, bagalji, sneakers, eċċ.

Madankollu, aħna naddafna ukoll ġugarelli kbar, purtieri tat-teatru, twapet, tapezzijiet, eċċ…

Servizz ieħor important li nipprovdu huwa t-tindif tal-elmijiet tal-muturi. Pressto Bags&Shoes irriċerkat u żviluppat proċess ta’ tindif li jiggarantixxi ndafa, diżinfazzjoni u fwieħa totali. Kemm jekk huwa elmu sempliċi, jew integrat, modulari, jet, eċċ, għand Pressto Dry Cleaners aħna nnaddfu kollox, kif innaddfu ħwejjeġ delikati tal-mutur li huma importanti għas-sigurtà tiegħek!

Ipprova s-servizz tagħna biex tiċċekkja dak li ngħidu. Żur it-taqsima “Before/After” fil-Pinterest.