Servizz ta’ Mogħdija
Servizz ta’ alterazzjoni fil-ħwejjeġ u ħafna aktar
Dry-cleaning
Servizz ta’ Mogħdija
Laundry
Servizz personalizzat
Servizz tal-basktijiet & zraben
Servizz ta’ Mogħdija
Flimkien mal-Laundry, il-mogħdija huwa wieħed mix-xogħol “mibgħuda” fid-dar, kemm minħabba l-impossibiltà li tikseb ħwejjeġ mgħoddijin sewwa, in-natura tedjanti tagħha, jew il-ħin li tieħu. Kemm jekk tgħix waħdek jew f’koppja, għandek iben jew bint jew 5….allura, b’5 ikollok ħafna ħwejjeġ x’tgħaddi, il-fatt huwa li realment ma għandniex bżonn ngħaddu ż-żmien fil-mogħdija.
Għalhekk, ftit tas-snin ilu Pressto ħasbet għall-iżvilupp ta’ servizz tal-mogħdija.
Aħna għandna tliet pakketti, skont il-ħtiġijiet tiegħek:
– Lott ta’ 12-il biċċa, għal €22
– Lott ta’ bejn 13 u 20 biċċa, għal €35
– Lott ta’ bejn 21 u 25 biċċam għal €44
Is-servizz esklussiv ta’ sistema tal-mogħdija ta’ Pressto Dry-Cleaners u Laundry jelimina t-tikmix, jitratta dehra kerha minħabba l-użu, u din ma tibqax tidher, jagħmel minn kollox sabiex ikun assigurat li inti tkun dejjem impekkabbli.
Dak li trid tagħmel biss huwa li tieħu l-ħwejjeġ diġà maħsulin lill-istabbiliment tiegħek ta’ Pressto*, itlob il-pakkett korrispondenti, u fi ftit jiem inti tkun tista’ tiġbor il-ħwejjeġ mgħoddijin sewwa. Jekk jekk tippreferi, inti tista’ takkwista l-pakkett tal-qomos ġdid tagħna, li jwassal qomos indaf u mgħoddija għal €2.5 kull waħda.
Inti tista’ wkoll titlob is-servizz tal-mogħdija tagħna fid-dar għall-ħwejjeġ tiegħek. Aħna niġbru l-ħwejjeġ tiegħek minn fejn inti tgħidilna u nwassluhom lura fejn u meta jkun komdu għalik. Mill-ewwel mument, inti tiskopri l-valur ta’ dan is-servizz: Inti tiffranka l-ħin u l-flus!
* Mhux validu għas-servizzi li ġejjin: purtieri, ħwejjeġ tal-ġilda, lożor, tvalji, ilbiesi tar-riċevimenti, purtieri tax-xibka, ħwejjeġ ta’ okkażjonijiet speċjali (tiġien, magħmudijiet…), kostumi reġjonali u nazarene.