Dry-cleaning

Pressto / Servicios / Dry-cleaning

Fi Pressto Dry-Cleaners and Laundry aħna mhux biss naħslu lbiesi, ħwejjeġ, qomos jew tapiti. Aħna għandna firxa wiesa’ ta’ servizzi aktar speċifiċi meta jkollok bżonnhom: tindif tas-sufan, tad-dar, tindif tal-ilbiesi tat-tieġ u tal-cocktail, tindif u mogħdija ta’ purtieri u ħasil ta’ kull ġimgħa. U ma nieqfux hawnhekk. Aħna nnaddfu wkoll basktijeit tal-ġilda, l-elmu tal-mutur tiegħek… Iċċekkja dwar is-servizzi tagħna.

DRY-CLEANING

Ser terġa’ tiżżewweġ? Trid tmur għat-tieġ tidher impekkabbli, irreżistibbli, u fuq kollox tal-għaġeb? Waslet l-ewwel ġurnata tax-xogħol u trid tagħti impressjoni tajba?

Fi kwalunkwe sitwazzjoni, fuq bażi ta’ kuljum, jew minn żmien għal żmien, Pressto Dry-Cleaners and Laundry għandhom is-soluzzjoni. Inti tista’ toqgħod fuq il-katalgu komprensiv tagħna, b’aktar servizzi minn ħaddieħor; dry-cleaning, b’mod speċjali għal dak id-drapp li ma jistax jinħasal bħall-ħarir, suf, ilbiesi bil-gakketta, għal tbajja kkawżati minn griż u fluwidi oħra, jew għall-ilbiesi li huma lined u interlined. Inti tista’ tidentifika liema ħwejjeġ jistgħu, jew għandhom ikunu dry-cleaned mis-simbolu:

X’inhuma l-vantaġġi tad-dry-cleaning?

  • Aktar ġenitli fuq il-ħwejjeġ.
  • L-ilbiesi ma jinxtorbux.
  • Ma jintilfux.
  • Ma jitilfux id-“dehra” tagħhom.
  • Ma jitilfux il-kulur tagħhom.
  • L-ilbiesi jitkemmxu anqas minn meta jinħaslu għax hemm inqas azzjoni mekkanika.

Liema tip ta’ ħwejjeġ jeħtieġu dry-cleaning? Inċirati, kowtijiet, anoraks, ilbiesi meħjutin, ilbiesi tal-ħarir, blowsis tal-ħarir, ħwejjeġ għar-riċevimenti, ilbiesi reġjonali, ġersijiet tas-suf, bomber jackets, duvet jackets, twapet, għata tas-sufani, ħwejjeġ tal-ġilda eċċ…

Bid-dry-cleaning, ħwejġek iżommu d-dehra ġdida tagħhom għal aktar żmien.